Ahbarijiet
Kejl tal- Hoss mill Pulizija
Waqt programm tal-aħbarijiet fuq it-TV, l-Assistant Kummissarju tal-Pulizija Raymond Zammit, saħaq, li r-residenti għandhom id-dritt li jgawdu fil-kwiet il-propjeta tagħhom. Għaldaqstant, fil-futur qrib il-pulizija se tkejjel l-intensita’ tal-ħoss ikkawżat minn attivita’ kummerÄ‹jali, partikularment minn postijiet tad-divertiment. Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba; attivita’ simili hija prattika komuni f’ pajjiżi oħra tal-Ewropa.
Kumment interessanti u validu, mill-AC kien illi l-‘operating licence’ għandha tispeÄ‹ifika il-ħsejjes aÄ‹Ä‹ettabli il-barra mill-istabbiliment, biex isahhu regolamenti ohra. Bhal, il-LiÄ‹enzja tar-Regolamenti tal-KummerÄ‹ u r-Regolamenti tal-Istabbilimenti tal-‘Catering’ jispeÄ‹ifikaw il-kondizzjonijiet dwar id-daqq tal-mużika amplifikata.
Madanakollu, l-AC iddeskriva ħoss bħala eÄ‹Ä‹essiv. Nafu li l-inkiet qiegħed fid-dettal. Kemm huwa eÄ‹Ä‹essiv il-ħoss? Bħala eżempju l-livell tal-istorbju (LAeq) minn mużika f’ diskoteka huwa ta’ 106 dB (A) minn kunÄ‹ert rokk huwa 110 dB (A) u mill-ħwienet tax-xorb huwa 95 dB (A). il-ħoss Ä¡enerat minn dawn il-lokalitajiet huwa l-kawża ta’ tbatija kbira għar-residenti.
Għalhekk, il-punt ta’ x’ għandu jkun il-livell tal-ħoss metro ‘l hinn mill-faÄ‹atti tad-djar tar-residenti? Skont il-gwidi tal-WHO u tal-UE il-ħoss matul il-lejl huwa limitat ghal 45dB (A).
Madanakollu, qari wieħed ta’ livell ta’ ħoss, partikularment fl-lokazzjonijiet ta’ divertiment bħal Paceville ma jagħtux qari preÄ‹iż tal-livell tal-hoss mis-sors. Allura, jindika jekk hemmx bżonn ta’ stħarriÄ¡. Aktar minn hekk, il-livell tal-hoss, irid jiÄ¡i evalwat ma’ xi forma ta’ miżura ta’ livell tal-ħoss, li sa issa ma’ għandniex fir-regolamenti lokali.
Fl-opinjoni tagħna, għaliex ir-rwol tar-regolatur huwa li jinforza ir-regolamenti, madanakollu, illi l-akkwist tal-prova li tistabbilixxi l-gravita’ tal-ksur tal-liÄ¡i hija wkoll ir-riaponsabbilta tiegħu. Filwaqt li l-pulizija hija responsabbli li tissorvelja il-liÄ¡i li tamministra ir-regolamenti.
L-Att li Jħares l-Ambjent, jiklassifika l-ħoss bħala forma ta’ tniÄ¡Ä¡iż. Sa issa il-Qafas Regolatorju tal-Prevenzjoni u Kontroll tal-ħoss, li Ä¡ie ippreżentat fl-2012, għadu mhux infurżat.
Il-ħoss huwa fenominu li qiegħed jiżdied u ħafna nies huma imħasbin dwar dwar il-konsegwenzi lid an jista jkollu fuq saħħithom. Għalhekk, huwa essenzjali li l-kontroll dwar it-tniġiż kawżat mill-ħoss għandu jsib postu fuq l-aġenda politika mingħajr aktar dawmien.
John Fenech
Ghaqda ta’ Azzjoni kontra li-Storbju